Wirja mill-aqwa minn Ħamrun Bayern A sarrfet f’rebħa mpressjonanti ta’ 6-2 kontra l-leaders Floriana Ajax A, b’din tkun l-ewwel telfa għall-Furjaniżi.
Sar-raba’ logħba l-iskor kien dak ta’ 2-2 iżda minn dak il-ħin ‘il quddiem il-Ħamruniżi ddominaw u rebħu l-logħob kollu ta’ wara għal skor finali ta’ 6-2 favur tagħhom.
Intant it-tim B ta’ Ħamrun Bayern tilef bl-istess skor li bih rebaħ tim A, 6-2 kontra Fgura Kenky
F’logħbiet oħra, faċli għal Education Bar kontra Marsa Top Gun hekk kif għelbuhom 8-0 filwaqt li Manchester Conquest rebħu 5-3 kontra Sliema Inter Darts Club.
Fit-tieni diviżjoni, jidher li se jkun hemm taqtiegħa bejn Birżebbuġa Lions u PO’s Bar li jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika u kisbu wkoll rebħiet tajba.
Birżebbuġa għelbu lil Floriana Ajax B 6-2 filwaqt li PO’s Bar għelbu lil Beland Żejtun bl-istess skor.
Cox Bar xejn ma sabuha faċli biex jiksbu t-tliet punti wara rebħa ta’ 5-3 kontra Mqabba tal-Ġilju.
Finalment mit-tielet diviżjoni, Mqabba FC kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Leah’s Bar 6-2.
Kien reġistrat skor ta’ 4-4 fil-logħba bejn Żebbuġ Rangers u Duke’s A u anke fil-konfront bejn Duke’s B u Birgu Boċċi Club.
//= $special ?>