Ħadd ma weġġa’ meta fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, nar qawwi ħakem il-faccata ta’ ħanut tal-pastizzi fil-Mosta.
Il-każ seħħ ftit qabel is-2am fi Triq il-Kostituzzjoni, bin-nar jinfirex mhux biss mal-faċċata tal-ħanut iżda wkoll mal-blokka residenzjali ta’ fuqu. Tant li xi persuni kellhom jiġu evakwati.
Pulizija u membri tal-Protezzjoni Civili waslu fil-post f’ħin qasir sabiex ikkontrollaw in-nirien. Waslu wkoll ħaddiema tal-Enemalta minħabba li n-nar ikkawża ħsarat f’xi wires mal-faċċati…u għalhekk, kien mehtieġ jitneħħa kull periklu.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta.
//= $special ?>