Iċ-Ċina reġgħet fetġet il-fruntieri għat-turiżmu minn barra għall-ewwel darba mindu l-pajjiż impona r-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar f’Marzu tal-2020, waqt l-ewwel mewġa tal-Covid-19. It-turisti li qed jaslu fiċ-Ċina, issa, mhumiex se jkollhom aktar bżonn ta’ kwarantina, bl-iżvilupp jimmarka bidla kbira fil-politika lokali għat-trażżin tal-Covid fost spinta ta’ infezzjonijiet f’dan il-pajjiż.
It-turisti xorta se jeħtieġu jagħtu l-provi ta’ PCR test negattiv li jittieħed fi żmien 48 siegħa qabel il-vjaġġ iżda d-deċiżjoni taċ-Ċina biex tiftaħ mill-ġdid għall-barranin intlaqgħet tajjeb minn ħafna li ilhom ma jaraw lil qrabathom.
Fil-ġimgħat li ġejjin mistenni li kważi nofs-miljun ruħ jivvjaġġaw minn Hong Kong lejn iz-zoni fiċ-ċentru taċ-Ċina u meta diġà bdew is-sriebet twal tan-nies biex jaqbdu titjiriet lejn l-ibliet ewlenin bħal Beijing u Xiamen.
//= $special ?>

