Futbol Sport

It-tielet telfa konsekuttiva għal Marsaxlokk filwaqt li Mosta jitilgħu il-ħames

(Ritratt: Joseph Galea)

MOSTA……………………..2

MARSAXLOKK…………1

Mosta: E.Akpan, R. Briffa, C.Ememe, D.Bonnici (P. Tenebe 71′), C.Failla. J.Ibe (G. Eziefula 76′), B.Diarra, N.Agius (R. Ekani 55′), M.Akrong, J.Vassallo, Z.Brincat (I.Mbata 76′)

Marsaxlokk: M.Drobnajk, A.Attard, K. Keqi, P. Xuereb (P. Sammut 79′), A. Ferraris, J. Aguilar (F.Moracci 79′), O. Carniello (W. Valentim 83′), L. Aguirre, D. Vukovic, D. Agius (C. Edafe 64′), A. Fonseca

Imwissija: D.Agius 16′ (MXK), J.Vassallo 22′ (MST), Z. Brincat 34′ (MST), C. Ememe 51′ (MST), C. Uzeh 90+4′ (MXK)

Skorjaw: Z.Brincat 20′ (MST), A. Attard 39’ (MXK), C. Ememe 75’ (MST)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Alan Camilleri & Mitchell Scerri

In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Ayrton Attard (MXK)

BOV Plejer ta-Logħba: Daniel Agius (MXK)

Mosta rritornaw għar-rebħ wara l-waqfa tal-festi meta fl-Istadium taċ-Ċentinarju huma għarfu jaħtfu mill-ftit opportunitajiet li kellhom quddiem il-lasta kontra tim li fil-maġġoranza tal-partita kien dixxiplinat ferm.

Ftuħ il-partita u Marsaxlokk mal-ewwel fuq l-offensiva b’xutt ta’ Adrian Ferraris. Minkejja li fl-ewwel ħinijiet ix-Xlukkajri kienu qed jamministraw il-partita, Mosta fetħu l-iskor fl-20 minuta meta Zachary Brincat baqa’ jippersisti fuq kontrattakk u approfitta minn żball difensiv sakemm tefa’ l-ballun f’lasta vojta. Man-nofsiegħa logħob Marsaxlokk kienu viċin li jagħmlu l-iskor indaqs wara ħadma tajba bejn Fonseca u Daniel Agius bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata b’diffikultà minn mal-art. L-isforzi tagħhom jimmaterjalizzaw fid-39 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx minn Ayrton Attard mill-kaxxa ż-żgħira wara pass preċiż ta’ Aguirre. Attard b’hekk niżżel ismu għall-ewwel darba fil-lista ta’ scorers għat-tim tiegħu. Tliet minuti wara Daniel Agius kien sfortunat li ma tefax lit-tim tiegħu fil-vantaġġ b’kontroll u xutt mill-aqwa li stampa wieqfa biex spiċċa barra.

Fit-tieni taqsima, proprju ftit qabel is-siegħa logħob Akpan salva lit-tim tiegħu b’save tajjeb wara xutt b’saħħtu mill-viċin ta’ Keqi. Kwarta mit-tmiem, kontra x-xejra tal-logħba Mosta reġgħu marru fil-vantaġġ wara li Ememe qabeż lil Drobnajk u tefa’ l-ballun f’lasta vojta. Mal-85 minuta Ememe reġa’ ħarab b’ġirja veloċi iżda spara għoli sakemm minuta oħra f’azzjoni oħra laqat il-mimduda. Għaldaqstant b’din ir-rebħa issa telgħu mal-ewwel ħamsa, b’sitta u għoxrin punt.