Żewġ irġiel ingaħtaw il-forka fl-Iran wara li spiċċaw akkużati dwar il-qtil ta’ membru tal-qawwiet tas-sigurtà waqt il-protesti attwali kontra l-Gvern Iżlamiku f’Tehran.
L-imputati kienu appellaw kontra s-sentenzi fost l-insistenza li huma kienu spiċċaw ittorturati biex jagħmlu l-istqarrijiet ta’ ħtija foloz – u bis-Segretarju Britanniku għall-Affarijiet Barranin, James Cleverly, ifisser l-esekuzzjonijiet tagħhom bħala ħaġa ‘ripunjanti’.
Għalissa magħruf li r-reġim Iranjan esegwixxa l-qtil ‘legali’ ta’ mill-anqas erba’ persuni involuti fid-dimostrazzjonijiet kontra l-Gvern, iżda n-numru jista’ ikun ferm akbar.
Id-dimostrazzjonijiet kontra l-establishment Iżlamiku ilhom minn Settembru u wara li mara kienet mietet f’idejn il-pulizija li arrestawha talli hi, allegatameant, ma kenitx liebsa l-hijab (xalla tar-ras) skont il-kriterji tal-Islam.
//= $special ?>

