Sport Sport Ieħor

Lejn Malta 2023 u l-proġett Viva Malta fi Sport Extra tal-lum

Wara waqfa minħabba l-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena,fit-tnax-il programm SPORT EXTRA li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘l quddiem fuq Net Television, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli fl-ewwel parti tal-programm enfażi dwar l-edizzjoni 2023 tal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa MALTA2023 . Intervista ma’ Jonathan Dalli, Kap Eżekuttiv ta’ The Concept Stadium responsabbli mill-mascot uffiċjali tal-Logħob bl-isem ta’ PUKA.

Fit-tieni parti enfażi dwar proġett uniku fl-ibburdjar fejn Charles Camenzuli flimkien mal-cameraperson Joe Sultana kienu preżenti għac-ċerimonja ta’ preżentazzjoni tal-yacht Viva Malta . Intervisti ma’ Jonathan Borg, Chairman ta’ Yachting Malta, John Huber ,eks chairman ta’ Yachting Malta kif wkoll mal-Kap Eżekuttiv ta’ Yachting Malta Michael Mifsud.

Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.