Lokali

“Minkejja kollox ma qtajt qalbi qatt” – Martin Fenech

Martin Fenech huwa l-ewwel boxer Malti li rrapreżenta lill-Malta barra minn xtutna fil-Meditterean Games fl-1983, meta kellu biss 17-il sena.

Meta tkellem ma’ Net News, Martin Fenech spjegalna li beda l-kariera tiegħu meta kellu biss 11-il sena, iżda wara biss 6 snin, huwa kellu x-xorti li jitla’ il-Marokk u jikkompeti mac-champion tal-Meditteran ta’ dak iż-żmien … li kien għaxar snin ikbar minnu.

Fenech qalilna wkoll li dak iż-żmien fis-snin tmenin, ma’ kinitx faċli għal tifel ta’ 11-il sena li jmur jgħid lill-ġenituri tiegħu li jixtieq jsir boxer .. tant hu hekk li fil-bidu ma’ sabx appoġġ mingħand ommu.

Fil-kummenti tiegħu lil Net News, Martin Fenech spjegalna li minkejja li sab ħafna ntoppi ma’ wiċċu … u kien hemm min ma’ emminx fih, huwa ma qatax qalbu u ħadem qattiegħ sabiex iwettaq il-ħolm tiegħu u jagħmel isem lill Malta barra minn xtutna.

Martin qalilna li għadu attiv sal-ġurnata tal-lum. Filfatt għamel sbatax –il sena jikkompetti kemm f’kompetizzjonijiet  lokali u anka internazzjonali, u wara li waqaf jikkompetti huwa kompla bil-karriera tiegħu ta’ timekeeper.

Apparti dan, Fenech qalilna li għadu sal-lum il-ġurnata jittrenja lill-atleti f’dan il-qasam tal-isport li aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar qed jikseb popolarita’, kemm mal-irġiel kif ukoll anka man-nisa.