Lokali

“Minkejja li Robert Abela qed jibqa’ jwebbes rasu il-PN se jibqa’ jaħdem għall-ġid tal-poplu kollu” – Bernard Grech

“Intom se ssibu lid-deputati Nazzjonalisti, lill-Partit Nazzjonalista kollu magħkom, għax il-poplu jistħoqqlu ahjar. Aħna ppreparati għax irridu li l-poplu nagħtuh Gvern viċin in-nies. Se nibqgħu vigilanti u se nibqgħu naħdmu għal-poplu Malti u Għawdxi kollu.”

Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Ħadd filgħodu kien intervistat waqt il-programm Analizi, fejn tkellem dwar diversi temi li bħalissa qed jolqtu direttament lill-poplu Malti u Għawdxi fosthom il-liġi li jrid ibiddel Robert Abela li tittrata l-irwol tal-kummissarju tal-istandards, l-isfida tal-mediċini out of stock, u l-introduzzjoni tal-abort f’pajjiżna.

Meta tkellem fuq l-irwol tal-Kummissarju tal-Istandards, Bernard Grech tkellem dwar l-importanza ta’ dan l-irwol – li hi li jiskrutinja direttament lill-Prim Ministru, ministri u segretarji parlamentari sabiex jimxu skond l-etika.

Bernard Grech insista li l-persuna li se tokkuppa dan l-irwol ghandu jkollha l-fiducja taz-zewg nahat … U dan qed isir permezz tal-liġi li hi kif inhi qed tara li jekk ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ naħat isir djalogu u jiġi appuntat b’zewg terzi tal-Kamra.

Meta tkellem dwar il-problema preżenti tal-mediċini out of Stock, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li għal kuntrarju li kien wegħdna Abela li tissolva l-problema tal-mediċini li jinsabu out of stock … il-Gvern tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni.

Dwar l-emenda tal-abort, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li għal darb’oħra l-Gvern reġa ma kkonsultax .. mhux talli hekk tali l-gvern m’ghandux il-kuragg li jiddikjara li jrid idahhal l-abort – u din hija l-aktar ħaġa li qed tweġġa lin-nies.

Bernard Grech saħaq li l-PN huwa l-uniku partit li dejjem baqa’ determinat favur il-hajja tat-tarbija, favur il-protezzjoni tal-omm u favur il-protezzjoni tat-tobba li l-poplu malti kollu tant ghandu fiducja fihom u li huma stess iddikjaraw li l-pozizzjoni li qed jiehu l-gvern toholqilhom iktar diffikultajiet.