Lokali Saħħa

Miżura ġdida tal-Covid-19 għal dawk li jaslu miċ-Ċina

Malta qed terġa tintroduċi miżura ġdida dwar il-COVID-19 fl-ajruport.

Skont stqarrija t’avviż legali ġdid maħruġ mis-Supretindent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, dawk kollha li jaslu miċ-Ċina issa jridu juru test negattiv tal-COVID-19.

It-test ma jistax ikun sar aktar minn 48 siegħa qabel. Tfal taħt il-11-il sena m’għandomx bżonn jagħmlu test.

F’Malta ma jaslu l-ebda titjiriet diretti miċ-Ċina, madankollu, kull min beda l-vjaġġ tiegħu fiċ-Ċina xorta jkollu juri t-test negattiv mal-wasla tiegħu f’Malta.

Din il-miżura se tidħol fis-seħħ mit-Tnejn 9 ta’ Jannar.