Raġel mgħammad u armat b’sikkina ħarab minn fuq il-post wara li seraq minn ħanut f’Ħal Qormi
Dan il-każ seħħ fil-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd għall-ħabta tat-3am f’ħanut fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab lill-kaxxier jgħaddilom il-flus. L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti. Il-kaxxier ma’ sofriex ġrieħi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>