VALLETTA…………………………1
PIETÀ HOTSPURS……………..1
Valletta: A. Guarnone, E.Ruiz, J.Borg, A.Zammit, S.Dimech, R.Soares (I.Micallef 83’), B.Paiber ,J.Nnomo, E.Sala , J.Willy (R.Muscat 70’), K.Bevis
Pietá Hotspurs: R.Cini S.Okoh , C.Bangura , T.Abraham, D.Zerafa, T.Agius, W.Schembri, D.Alan (J.Ghio ), Z.Leonardi (36’
YC), A.Ogungbe, K.Leonardi (Y.Morita 70’), T. Yamaguchi, (K.Briffa 70’)
Imwissija: R.Muscat 70, I.Micallef 83’ (V),K.Leonardi 34’, Z.Leonardi 36’, R.Cini 44’, J.Ghio 62’, K.Briffa 73’, C.Bangura 77′ (P)
Skorjaw: K.Leonardi 22’ (P), B.Paiber 44’ (V)
Referee: Andrea Sciriha
Assistenti Referees: James Muscat, Mark Ciantar.
BOV plejer tal-logħob: Kian Leonardi (P)
Pietá Hotspurs kisbu punt prestiġjuż kontra Valletta li permezz ta’ dan ir-riżultat jinsabu fid-disa’ post fil-klassifika.
Valletta ħarġu jattakkaw fl-ewwel taqsima, hekk kif l-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet wara seba’ minuti logħob, meta Valletta kkapitalizzaw minn żball tad-difensuri ta’ Pietá u Belvis ittanta xortih iżda Cini tajjar. Il-Hotspurs fetħu l-iskor wara 22 minuta minn kontrattakk ta’ Kian Leonardi li kkonkluda b’xutt angolat u fil-baxx biex għeleb lill-goalkeeper Guarnone.
Fil-41 minuta Valletta ingħataw penalty, madankollu Dimech ra x-xutt tiegħu ikun milqugħ minn Cini. Ftit minuti wara penalty ieħor favur Valletta wara li l-goalkeeper Cini kkommetta foul fuq Soares b’din id-darba Paiber kien inkariga ruħu u rnexxielu jsib ix-xibka għall-gowl tad-draw.
Fit-78 minuta Valletta kważi kisbu l-vantaġġ wara nuqqas ta’ftehim bejn il-goalkeeper ta’ Pietà u Ogungbe li kważi rriżulta f’auto-goal. Valletta baqgħu jattakkaw sa’ l-aħħar minuta, madankollu d-difiża qalbiena ta’ Pietà rnexxielha
tiddefendi dan il-punt prezzjuż.