Futbol Sport

Arsenal bi tliet gowls fit-tieni taqsima

Tliet gowls fit-tieni taqsima, kienu biżejjed biex Arsenal għamluha għar-raba’ round tal-FA Cup fejn issa se jkunu qed jilagħbu kontra Manchester City wara li għelbu lil Oxford United 3-0.

Kien Mohamed Elneny li poġġa lil Arsenal fil-vantaġġ fit-63 minuta b’daqqa ta’ ras tajba minn cross ta’ Fabio Viera. Eddie Nketiah rdoppja fis-70 minuta wara li dar minn mal-goalkeeper wara li rċieva mingħand l-istess Viera biex sitt minuti wara għal darb’oħra Nketiah għamel l-iskor finali 3-0.