Futbol Sport

Atalanta lura għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Atalanta rritornaw għar-rebħ wara nuqqas ta’ numru ta’ partiti meta għelbu lil Bologna 2-1. Bologna fil-vantaġġ wara biss sitt minuti permezz ta’ Riccardo Orsolini. Atalanta kellhom jistennew sat-tieni taqsima biex iġibu l-iskor indaqs permezz ta’ Teun Koopmeiners biex fit-58 minuta kien Rasmus Hojlund li għamel l-iskor 2-1.

F’partita oħra, Verona kisbu rebħa konvinċenti ta’ 2-0 fuq Cremonese. Darko Lazovic poġġa lil Verona fil-vantaġġ wara disa’ minuti bl-istess player jaċċerta mit-tliet punti fis-26 minuta meta skorja t-tieni gowl personali.