Tal-anqas 200 persuna ġew arrestati fil-Brażil wara protesti bħala turija ta’ sapport lejn Jair Bolsonaro li għadu ma jridx jaċċetta t-telfa elettorali – protesti li kienu simili ferm għall-attakk li kien seħħ fl-Istati Uniti fuq il-bini tal-Capitol, meta Biden kien qed jieħu l-ġurament tiegħu.
Lula Da Silva kien għeleb lil Bolsonaro fl-elezzjoni ta’ Ottubru li għadda. Iżda dan ma waqqafx lis-sostenituri ta’ Bolsanaro milli juru r-rabja tagħhom.
Il-nies li pparteċipaw fil-protesti rnexxielhom jidħlu fil-Kungress kif ukoll fil-binja tal-Qorti. Barra minn hekk, huma nġabru wkoll madwar il-Palazz tal-President. Dawn it-tlett binjiet jinsabu ferm qrib ta’ xulxin fiċ-ċentru tal-kapitali tal-Brażil.
Il-Pulizija Brażiljana rnexxielha tieħu lura l-kontroll ta’ dawn il-binjiet ftit tas-sigħat wara li bdew il-protesti filwaqt li xi persuni ġew arrestati.
Da Silva qal li se jkun hemm konsegwenzi ħorox għal dawk li qed jipprotestaw favur Bolsonaro.
Fil-midja internazzjonali ġie rrappurtat li x-xena kienet waħda verament drammatika hekk kif kien hemm eluf ta’ nies lebsin il-flokk isfar tat-tim tal-Brażil kif ukoll dehru bi bnadar f’idejhom waqt li kienu qed jipprotestaw.
Filmati fuq il-midja soċjali urew ukoll nies ikissru t-twieqi kif ukoll jaqbżu fuq is-siġġijiet tas-Senat.
Sitt sigħat wara li bdew l-attakki fuq il-binjiet governattivi f’post fuq Twitter Jair Bolsonaro ikkundanna l-protesti, filwaqt li qal li mhuwiex responsabbli għal dawn l-atti.
Minn naħa tiegħu l-President tal-Istati Uniti Joe Biden ikkundanna dawn l-atti ta’ vjolenza.
//= $special ?>