Iċ-Champions Luxol kisbu rebħa komda u faċli ta’ 9-0 kontra t-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena. Il-gowls ta’ Luxol waslu minn dopjetti ta’ Andy Mangion, Mark Zammit u Maicon, filwaqt li Matthew Attard Andre Cianco u Celino Aves skorjaw gowl kull wieħed.
Intant Swieqi United żammew posthom flimkien ma’ Luxol fil-quċċata b’21 punt b’rebħa ta’ 12-4 fuq Malta Veterans.
Il-gowls ta’ Swieqi waslu minn tripletta ta’ Ryan Muscat, doppjetta ta’ Molina u gowl kull wieħed minn Rodney Debono, Shaun Deguara, Brandon Debono, Dylan Pace, Antonio Ferraro, Dylan Pirotta u Brayan Steven Rivera.
L-erba’ gowls ta’ Malta Veterans waslu minn doppjetta ta’ Daniele Degennaro u gowl kull wieħed minn Robert Fenech u Timmy Elias.
Fl-aktar logħba missielta, Ta’ Xbiex u St. George’s spiċċaw fi draw ta’ 5-5 biex issa Ta’ Xbiex jinsabu żewġ punti taħt il-leaders Luxol u Swieqi.
Kienet logħba ta’ botta u risposta biż-żewġ naħat li għamlu minn kollox sabiex jiksbu r-rebħa finali.
Il-ħames gowls ta’ Ta’ Xbiex waslu minn Karl Sciortino, Melvin Borg, Stefi Cale, Dylan Musu u Liam Caruana filwaqt li dak tal-Bormliżi waslu minn hat-trick ta’ Karl Luke Scembri, Jovica Mijic u Mark Adami.
Żurrieq FC kisbu r-raba’ rebħa staġjonali meta għelbu lil Marsaskala 7-0.
It-tim immexxi minn Boycho Marev kien dominanti tul il-logħba kollha b’Marsaskala li sabuha diffiċli jwaqqfu lill-avversarji tagħhom.
Chris Cardona u Kurt Darmanin skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Boycho Marev, Armando Gjepali u Jose Mario Mendez Fernandez żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
L-Universita’ ta’ Malta kisbu rebħa importanti ta’ 3-0 kontra Fgura United. Denzil Pisani, Andre Cachia u Mohammed Elamari skorjaw il-gowls tal-Universitarji sabiex ħadu tliet punti li jkomplu jtuhom tama li jispiċċaw mal-ewwel timijiet fil-klassifika.
KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE
Luxol, Swieqi 21, Ta’ Xbiex 19, University of Malta 15, Żurrieq 12, St George’s 10, Marsaskala 9, Fgura 6, Malta U19 3, Malta Veterans 0
//= $special ?>