L-uffiċjali tas-saħħa f’Henan qalu li mad-90 fil-mija tar-residenti – li jammontaw għal 88.5 miljuni — f’din il-provinċja ( it-tielet l-akbar fiċ-Ċina) spiċċaw infettati bil-Covid-19.
Dan meta ċ-Ċina qed tikkumbatti mewġa ta’ infezzjonijiet wara li warrbet il-politika riġida għal ‘zero każi tal-Covid’ li llimitat kull moviment għall-poplu, fost il-lockdowns u sistemi ta’ kwarantina.
Wara li din il-politika ħarxa kienet ikkontrollat ftit jew wisq is-sitwazzjoni, qed jidher li l-parti kbira tal-infezzjonijiet f’Henan seħħew fl-aħħar ġimgħat.
U ċ-ċifri minn Henan jipprovdu kuntrast kbir għall-istatistika provduta mill-Gvern ċentrali taċ-Ċina u li qed tgħid li mal-120,000 biss spiċċaw infettati ( bi 30 imutu) f’dan il-pajjiż ta’ 1.4 biljuni mindu nbidlet il-politika dwar il-Covid.
//= $special ?>

