Lokali

Il-KSFA jappellaw biex ma jitnaqqrux aktar postijiet tas-sajd

Il-membri tal-kumitat Kingfisher Sport Fishing Association jinsabu inkwetati ferm minħaba is-sitwazzjoni li sabu ruħhom fiha diversi dilettanti tas-sajd … hekk kif qegħdin isibuha diffiċli ferm sabiex isibu spazju għad-delizzju tagħhom, minħabba numru ta’ proġetti imħabbra mill-Gvern.

Fi stqarrija ppubblikata t-Tnejn filgħodu, il-membri tal-kumitat approvaw b’mod unanimu mozzjoni li nnutat kif il-postijiet fuq ix-xtajtiet u u fil-portijiet fejn wieħed

jista’ jistad qed jigu imnaqqra b’mod inkwetanti u konistenti minħabba diversi proġetti.

Fil-laqgħa tagħhom id-dilettanti tas-sajd bil-qasba sostnew li minħabba f’hekk mhux biss il-membri tal-KSFA qed isibu dejjem aktar diffikulta fejn jistgħu b’mod liberu jistadu, iżda l-KSFA innifisha qed tiffaċċja diffikulta’ biex issib ‘venues’ fejn tista’ torganizza kompetizzjonijiet tas-sajd.

Għalhekk il-membri tal-kumitat talbu lill-Awtoritajiet li meta jkollom talbiet għal dawn it-tip ta’ proġetti, jinvolvu l-għaqdiet tas-sajjieda fil-konsultazzjoni, u dejjem iżommu inkonsiderazzjoni l-ħtieġa ta’ spazju għad-delizzju tagħhom.

Fl-istqarrija ppubblikata t-Tnejn filgħodu il-membri tal-KSFA qabblu wkoll li bl-akbar rispett lejn l-ambjent, fil-kompetizzjoni tal-mulett, ħut iżgħar minn 15-il ċentimetru se jibdew jiġu rilaxxati fil-baħar mill-ewwel malli jinqabdu.