Il-Perit David Xuereb inħatar Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali.
David Xuereb serva bħala President tal-Kamra tal-Kummerċ u, filwaqt li mexxa kumpaniji stabbiliti, kien fdat bi proġetti maġġuri kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra. Matul is-snin, huwa kien attiv fl-oqsma tad-disinn sostenibbli u l-industrija l-ħadra. Xuereb għallem, ta preżentazzjonijiet u għamel diskorsi f’diversi universitajiet u istituzzjonijiet, b’interessi partikolari fuq is-sostenibbiltà, l-ambjent u t-tibdil fil-klima. Huwa se jkun is-seba’ Chairperson tal-MCESD.
//= $special ?>