Talanqas 35 persuna spiċċaw maħtufin minn grupp ta’ irġiel armati waqt li kienu fi stazzjon tal-ferrovija f’Igueben, fl-Istat Niġerjan ta’ Edo.
Il-maħtufin jinkludu passiġġieri li kienu qed jistennew għal ferrovija, bil-qawwiet tas-sigurtà Niġerjani jibdew missjoni ta’ search and rescue għall-vittmi.
L-aggressuri sparaw it-tiri fl-ajru qabel daħlu fil-kumpless u ħatfu lin-nies u lil xi membri tal-istaff tal-istazzjon li ħaduhom magħhom lejn zona dominata mill-foresti. Uħud li rnexxielhom jaħarbu spiċċaw midruba mit-tiri li kienu sparati lejhom.
L-attakki kontinwi fuq in-nies fin-Niġerja saru lok għal inkwiet kbir u meta l-ħarsien tas-sigurtà sar l-issue prinċipali tal-kampanja elettorali qabel l-elezzjoni għall-Presidenza ta’ dan il-pajjiż li se ssir ix-xahar id-dieħel.
//= $special ?>

