L-Ukrajna ċaħdet kategorikament għall-aħħar “propaganda” tar-Russja wara l-kelliema f’Moska qalu li l-qawwiet tal-Kremlin qatlu l-mijiet tas-suldati Ukreni waqt attakk speċifiku u sistematiku fuq il-belt ta’ Kramatorsk.
Ir-Russi qalu li f’dan l-attakk irnexxielhom joqtlu ‘il fuq minn 600 membru tal-militar Ukren u mingħajr ma huma preżentaw il-provi sostanzjali jew irrifjutabbli f’dawn iċ-ċirkustanzi.
Huma qalu wkoll li ‘is-suċċess militari’ kien dovut għal attakk preċiż bil-missili fuq kwartieri militari tal-Ukreni u li l-attakk seħħ bi tpattija għall-bumbardament li l-Armata tal-Ukrajna kienet wettqet, fl-Ewwel tas-Sena, fuq bażi tar-Russja…Bumardament u li sewa l-ħajja ta’ għexieren ta’ suldati Russi.
L-Ukrajna qalet, dakinar, li kienu mietu u ndarbu mal-400 suldat Russu waqt l-attakk fuq Makiivka u xi sorsi oħrajn sostnew li ċ-ċifra setgħet kienet ħafna akbar.
Sadanittant, is-sorsi qrib l-Armata Ukrena qalu li l-aħħar rapporti minn Moska huma bażati fuq il-fantasija u li l-Kremlin qed jipprova jżid id-doża tal-propaganda biex jaħbi l-livell tad-disfatti militari tiegħu fl-Ukrajna.
Dan wara li l-Ministeru tad-Difiża Russu kien enfasizza l-qtil tal-mijiet tal-militar Ukreni fl-imsemmi attakk fuq numru ta’ bini li kienu qed iservu bħala kwartieri għall-allegati vittmi. Fil-fatt, Moska qalet li l-bini kienu qed jipprovdu akkommodazzjoni għal aktar minn 1,300 suldat Ukren.
Għalissa għad ma hemm l-ebda provi rrifjutabbli relatati għall-attakki tar-Russi fuq Kramatorsk, li tinsab lejn il-lvant tal-Ukrajna.
//= $special ?>

