Kien Fr Reuben Gauci illi permezz ta’ post fuq il-media soċjali ġab ‘il quddiem ir-realtà ta’ dak li qed iseħħ f’pajjiżna, fejn għandek kunventi li qed jagħlqu, qassisin djoċesani li qed jonqsu u fl-istess waqt ….piżijiet fuq il-kappillani li qed jiżdiedu.
Din il-kitba saret wara li l-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-Provinċja Karmelitana temmew il-process li bih il-parrocca ta’ Fleur-de-Lys u l-kumpless anness magħha għaddew f’idejn il-kurja għall-użu pastorali tal-istess parroċċa.
Fr Reuben – li llum il-ġurnata huwa kordinatur tal-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskelle – qal illi ħafna aktar parroċċi jafu jgħaddu minn din is-sitwazzjoni.
Hu rrimarka kif fil-preżent, ħafna iktar min-nofs tas-saċerdoti djoċesani għandhom iktar minn 60 sena …u l-qassisin qed jonqsu ħafna bħala numru.
B’hekk, hu saqsa jekk dawn il-parroċċi l-ġodda li qed tieħu l-Knisja humiex piż fuq il-qassisin djoċesani… filwaqt li saqsa ukoll jekk wasalx iż-żmien li ċertu komunitajiet jingħaqdu flimkien bħala parroċċa waħda.
Fr Reuben jistaqsi wkoll meta ser jittieħdu responsabilitajiet amministrattivi u pastorali mil-lajċi fil-parroċċi. Dan sabiex, kif qal huwa stess, il-Knisja ma tispiċċax biss “kumpanija ta’ mużewijiet”.
Fl-aħħar jiem, l-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Fr Darren Pace bħala amministratur parrokkjali ta’ Fleur-de-Lys … li tiġbor fiha madwar 2,600 persuna.
Il-parroċċa, minn din il-ġimgħa, qed taqa’ taħt ir-responsabiltà diretta tal-Kleru djoċesan.
//= $special ?>