Lokali

Passiġġier jinqabad b’€63,875 mhux iddikjarati fl-ajruport

Passiġġier mill-Ghana nqabad fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li kien qed iġorr €63,875 meta hekk kif kien se jaqbad titjira lejn Treviso fl-Italja.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li l-Uffiċjali ġew infurmati li passiġġier kien qed iġorr ammont sostanzjali ta’ flus x’ħin twaqqaf mill-Uffiċjali tas-Sigurta’.

Wara t-tfittxija rriżulta li r-raġel kellu fil-pussess tiegħu €44,290 li kienu maqsumin fi tlett pakketti filwaqt li fil-bagalja sabu li kellu €19,585.

Intant, id-Dwana qalet li dan il-passiġġier ittieħed għand il-Pulizija għal investigazzjoni rigward dawn l-eluf ta’ ewro li ma kinux iddikjarati.