Internazzjonali

Eluf jinżlu fit-toroq kontra Bolsonaro u favur id-demokrazija

Fl-aħħar sigħat, kienu eluf dawk li niżlu jipprotestaw fit-toroq tal-kapitali Brażiljana favur id-demokrazija u bħala kundanna kontra l-irvellijiet ta’ tmiem il-ġimgħa – irvellijiet li kienu xprunati mis-sostenituri tal-eks President Bolsonaro.

L-awtoritajiet fil-Brazil ikkonfermaw li mal-1,500 persuna ġew arrestati.

It-Tnejn filghaxija, il-President Lula da Silva żar il-bini tal-Kungress illi ġie attakkat, kif ukoll il-Qorti Suprema u l-Palazz Presidenzjali. Lula irrefera għal dawn l-irvellijiet bħala atti ta’ terroriżmu.

Apparti fi Brasilia, saru wkoll rallies fil-belt ta’ Sao Paolo fejn il-folla bdiet tkanta slogans biex Bolsanaro jieħu dak li ħaqqu u jintbgħat il-ħabs.

Waqt li għaddej dan kollu, fil-verita, Bolsanaro siefer lejn Florida fejn skont il-mara tiegħu kellu bżonn li jarawh it-tobba minhabba ugiegh fl-istonku.