Sport Sport Ieħor

Hockey: Rebħa diffiċli għal Floriana Young Stars kontra White Hart

Minkejja rebħa ta’ 3-1, Floriana Young Stars sabu oppożizzjoni diffiċli f’White Hart biex fl-aħħar mill-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1.

Kif kien mistenni, il-Furjaniżi ddettaw ħafna mil-logħob iżda l-avversarji ddefendew tajjeb u lagħbu ħafna bil-kontrattakk.

White Hart irnexxielhom iżommu l-iskor 1-1 sa tmiem it-tielet quarter bil-gowl ta’ Floriana jasal minn Mark Camilleri minn penalty corner filwaqt li minn penalty corner ieħor David Agius ġab l-iskor indaqs.

Fir-raba’ quarter, White Hart ċedew għall-pressjoni ta’ Floriana, b’dawn tal-aħħar jiskorjaw darbtejn permezz ta’ Clive Williams u Deemer Rapinett għal skor finali ta’ 3-1 favur Trust Payments Floriana Young Stars.

White Hart: Paola Calleja, David Agius, Elton Lee Farrugia, Kevin Micallef, Simon Kemp, Oscar Toledano, Ali Shah, Matthew Buhagiar, Matthew Camenzuli, Rick Micallef, Stephen Micallef, Keith Azzopardi, Karl Brincau, Shawn Falzon, Peter Medawar.

Trust Payments Floriana Young Stars: Marvin Grixti, Mark Camilleri, Jean Paul Sapiano, Nicholai Sapiano, Clive Williams, Karl Chircop, Andrea Curmi, Justin Farrugia, Andrew Camilleri, Luke Borg Costanzi, Elton Cutajar, Julian Farrugia, Deemer Rapinett, Nathan Zammit, Verner Cachia, Anton Saliba, Luke Borg Costanzi.

Umpires: Shawn Mifsud, Alessandro Amore.

Mill-hockey 9s, GREE Sliema Hotsticks u Qormi Daikin spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Kienet logħba ferm bilanċjata bl-iskor finali jixhed dan kollu.

Shawn Dimech u Ayrton Falzon skorjaw il-gowls ta’ Qormi filwaqt li Sliema rrispondew b’doppjetta ta’ Alessandro Amore.

Finalment mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil GREE Sliema Hotsticks 8-2.

Marsaskala kellhom lil Alessandro Piscopo, Cayleb Caruana u Kyron Carabott awturi ta’ doppjetta kull wieħed filwaqt li Jack Cassar u Yan Camilleri wkoll sabu x-xibka għat-tim tagħhom.

Nathan Borg u Vladislav Chakarov naqqsu l-marġni tal-iskor għas-Slimiżi.