Stephen Spiteri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-gvern għandu jantiċipa u jaġixxi minn qabel biex ma jkunx hawn mediċini nieqsa.
Stephen Spiteri qal li s-saħħa għandha tkun għal kulħadd bla ma ssir ballun politiku iżda l-gvern irid ikun responsabbli għas-sitwazzjoni li jinsab fiha l-pajjiż. L-Oppożizzjoni tirrikonoxxi li l-mediċini out of stock hi problema globali iżda jeħtieġ li l-pajjiż jantiċipa dawn is-sitwazzjonijiet biex ma jaġixxix meta jkun hemm il-problema fis-seħħ.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-gvern jassigura li l-poplu ma jbatix min-nuqqasijiet ta’ mediċini li jeffettwaw il-ħajja tal-poplu u lanqas il-but tal-pazjenti li jkunu diġà għaddejjin minn problemi finanzjarji b’mod partikolari l-anzjani u l-pensjonanti li jridu jixtru l-mediċini out of stock mill-pensjoni.
Dan qed iwassal għal tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja tal-pensjonanti u l-anzjani, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompli li l-PN għamel diversi suġġerimenti biex il-gvern iħaffef il-proċess burkoratiku biex ċertu mediċini ma jkunux neqsin mill-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-kura tal-kanċer m’għandix tkun kura li l-poplu jmur jittallab għaliha iżda għandha tingħata mingħjar burokrazija. Għandu jkun il-gvern li jelimina l-burokarija biex din il-kura tingħata kif mistħoqq bla talb. Din il-kura għandha tkun iktar wiesa’ anki f’ċentru oħra Ewropej.
Id-deputat Nazzjonalista appella għal soluzzjonijiet fil-mediċini neqsin anki fis-settur privat fejn il-gvern jista’ joffri wkoll l-għajnuna tiegħu.
//= $special ?>