Graziella Attard Previ, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fil-parlament li diversi deputati tal-gvern wettqu dannu politiku kbir għar-reputazzjoni tal-politika Maltija.
Il-gvern ma jridx skrutinju serju fuqu meta jrid li l-Kummissarju għall-Istandrards ikun appuntat b’maġġoranza sempliċi fil-parlament.
Il-gvern qed jaħtaf din l-istituzzjoni f’idejh; din hi mossa tal-Prim Ministru li qed jabbuża mill-privileġġ tal-poter mingħajr kuxjenza u morali għall-governanza tajba.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li d-deputati għandhom ikunu kontabbli, trasparenti, ġenwini u integri. Dan hu xogħol il-Kummissarju għall-Istandards, sostniet Attard Previ, li kompliet li għalhekk il-Kummissarju għall-Istandards għandu jgawdi l-fiduċja taż-żewġ naħat.
Graziella Attard Previ kompliet li l-gvern qed jibgħat messaġġ li l-persuna bħala Kummissarju jrid ikun dak li li jrid hu u dak li jkun magħżul minnu. Il-gvern ma jridx li jkollu skrutinju u kritika dwar l-atteġġjament tad-deputati, sostniet Attard Previ, li kompliet li hu propju għalhekk li l-gvern ma jrid jaċċetta ebda nomina li ressqet l-Oppożizzjoni.
//= $special ?>