‘Rebħa li tkompli tagħtina kuraġġ’
- Branko Nisevic, kowċ Ħamrun Spartans FC
‘Lilna jinteressana l-logħba tal-ġurnata biss. Issa naħsbu fuq dik li jmiss. Tmiem il-kampjonat għadu distanti’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Branco Nisevic wara r-rebħa li tim tiegħu kiseb fil-konfront kontra Hibernians. Nisevic kompla hekk. ‘ Kienet logħba li aħna ddominajna matul id-disgħin minuta minkejja li skurjajna gowl wieħed biss. Hija rebħa li tkompli tagħtina kuraġġ, irbaħna kontra ċ-Champions renjanti u wieħed mit-timijiet kontentendi għar-rebħ tal-kampjonat. Issa ħarsitna ddur lejn il-logħba li jmiss li hija minn kompetizzjoni li nixtiequ li nibqgħu fiha wkoll sal-aħħar, l-FA Trophy. Importanti li minkejja l-vantaġġ li għandna ma’ nirrilassawx. Irridu naħsbu wkoll f’kompetizzjonijiet akbar li nieħdu sehem fihom matul ix-xhur tas-sajf.’
‘Irridu nibdew nieħdu ċ-ċansijiet li noħolqu’
- Adam Magri Overend, Floriana FC
‘Fallejna wisq ċansijiet ta’ skor biex fit-tieni taqsima ġibna l-penalty li bih akkwistajna t-tlett punti’ Dawn kienu l-kummenti tal-player ta’ Floriana Adam Magri Overend fi tmiem ir-rebħa stretta li kisbu Floriana kontra Sirens nhar is-Sibt li għadda. Huwa kompla, ‘Irridu nibdew nieħdu ċ-ċansijiet li noħolqu. Peress li Sirens lagħbu b’erba’ fuq wara tawna aktar spazju mal-linji fejn kemm jien kif ukoll Trillo użajna dan l-ispazju tajjeb ferm.’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Ħamrun Spartans | 15 | 40 |
| Gżira United | 15 | 29 |
| Birkirkara | 15 | 28 |
| Hibernians | 15 | 27 |
| Mosta | 15 | 26 |
| Floriana | 15 | 25 |
| Gudja United | 15 | 24 |
| Balzan | 15 | 23 |
| Valletta | 15 | 22 |
| Sirens | 15 | 18 |
| Marsaxlokk | 15 | 14 |
| Żebbuġ Rangers | 15 | 7 |
| Santa Lucia | 15 | 5 |
| Pietà Hotspurs | 15 | 5 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 9 |
| Christ Ememe (Mosta) | 9 |
| Jefferson De Assis (Gżira United) | 9 |
| Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 9 |
| Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 8 |
| Maxuell Maia (Gżira United) | 8 |
| Angel Torres (Balzan) | 8 |
| Enzo Cabrera (Birkirkara) | 7 |
LOGĦOB LI JMISS
Il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar, 2023
Centenary Stadium
8.30pm Santa Lucia – Żebbuġ R.
Is-Sibt 21 ta’ Jannar, 2023
Stadium Nazzjonali
3.00pm Floriana – Birkirkara
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Hibernians – Mosta
4.15pm Gudja Utd. – Balzan
Il-Ħadd 22 ta’ Jannar, 2023
Stadium Nazzjonali
2.00pm M’Xlokk – Gżira Utd.
4.15pm Pieta H. – Ħamrun S.
Tony Bezzina Stadium
11.30am Sirens – Valletta
//= $special ?>

