Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’fabbrika fl-Imrieħel

Raġel ta’ 36 sena mill-Mali, residenti San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tas-1pm waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jaħdem f’fabbrika fil-qasam industrijali tal-Imrieħel.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.