Ċifri maħruġa mill-NSO għax-xahar ta’ Novembru juru li żdiedu marġinalment in-nies li jinsabu bla xogħol.
Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, ir-rata ta’ nies bla xogħol ilha issa tiżdied għal tliet xhur konsekuttivi. U f’Novembru, ir-rata tal-qgħad kienet ta’ 3.2 fil-mija. L-akbar żieda kienet fost in-nies.
Skont l-istess ċifri tal-NSO, jidher li mis-Sajf ‘l hawn żdiedu b’aktar minn elf persuna dawk li m’għandhomx xogħol – minn 8,362 f’Lulju għal 9,388 f’Novembru li għadda.