Colin Schembri
Caffè Moak Luxol………….61
Fusion Quest…………………43
(19-4)(14-12)(16-14)(12-13)
Caffè Moak Luxol bdew is-sena l-ġdida bir-rebħ hekk kif għelbu lil Fusion Quest 61-43. Luxol, taħt it-tmexxija tal-assistent coach Luke Camilleri fin-nuqqas ta’ Santino Coppa kienu mingħajr Lisa Fenech Pace u Josephine Diaby u Camilleri għal ħin twil ħalla diversi players żgħażagħ fuq il-court. L-ewwel taqsima kienet f’idejn Luxol fejn huma ħallew lil Fusion fuq żewġ baskets biss. Luxol bdew bil-punti ta’ Paula Ellul, Sarah Fenech Pace u Gladiana Avila qabel l-ewwel basket ta’ Fusion minn Milica Stefanovic. Luxol kellhom sitt punti oħra b’Natalya Pejcic tagħmel it-tieni basket ta’ Fusion. Il-kumplament tal-punti fis-sessjoni ġew minn Luxol fi break ta’ 7-0 minn Avila u Kay Portelli għal skor ta’ 19-4. It-tieni sessjoni kienet aktar bilanċjata fejn wara trippla ta’ Avila għal Luxol, kien hemm risposta minn Fusion b’ħames punti ta’ Stefanovic fosthom trippla għal skor ta’ 22-11. Luxol irkupraw u għamlu run huma ta’ 11-0 b’diversi punti ta’ Anna Fenech Pace fosthom trippla. L-aħħar punti tas-sessjoni ġew minn Fusion fosthom bi three pointer ta’ Pejcic għal skor ta’ 33-16.
Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni kien hemm żewġ trippli ta’ Fusion minn Stefanovic u Julia Schembri. Ic-champions ukoll kellhom żewġ three pointers minn Fenech Pace u Cristina Sollami. Sa’ tmiem it-taqsima kien hemm sitt punti oħra fuq kull naħa għal skor ta’ 49-30, L-aħħar perjodu fetaħ bil-punti ta’ Schembri u Momcilovic għal Fusion bil-Luxol inaqqsu r-rendiment tagħhom b’Camilleri kostrett jagħjjat time-out. Madankollhu, Luxol baqgħu fil-kontroll tal-partita u ħarġu rebbieħa 61-43.
Caffè Moak Luxol: C. Sollami 7, M. Mercieca 6, F. Camilleri 4, H. Galea, G. Avila 12, K. Portelli 5, B. Zammit,P. Ellul 7, S. Fenech Pace 4, M. Marmara, A. Fenech Pace 16.
Fusion Quest: T. Azzopardi Deguara 4, D. Debono, M. Mancilovic 4, J. Schembri 8, M. Stefanovic 13, D. Apostolovska 3, A. Caballero 2, N. Pejcic 10.
Referees: Gianfranco Russo, Fanny Fabok
Hibernians……………..72
ARMS Depiro………….77
(13-21)(17-23)(20-11)(22-22)
ARMS Depiro kisbu r-raba’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Hibernians għalkemm il-Pawlisti ta’ Sandro Farrugia offrew sfida denja hekk kif kienu mill-ġdid mingħajr Ashleigh Van Vliet. Fil-fatt kien il-bidu tajjeb li kellhom Depiro speċjalment b’sensiela ta’ trippli li fetħilhom vantaġġ li setgħu jżommu tul il-partita kollha. L-ewwel ħmistax -il punt tal-ewwel sessjoni ta’ Depiro ġew minn ħames three pointers fosthom erbgħa ta’ Casey Samuels u ieħor ta’ Nicole Agius. Hibs kellhom risposta permezz ta’ Sam Brincat qabel ma trippla oħra din id-darba minn Julia Borg għalqet is-sessjoni favur Depiro 21-13. Fit-tieni taqsima, Hibs naqqsu d-distakk għal 5 punti wara żewġ baskets minn Iona Agius. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet minn trippla ta’ Agius flimkien ma’ Julia Xerri u huma komplew b’run ta’ 9-2 b’aktar punti minn Samuels flimkien ma’ Neve Borg u Claire Ciantar. Hibs irrispondew bi tlett baskets mingħajr risposta u wara punti ta’ Depiro, huma kellhom trippla minn Jasmine Abela biex Depiro daħlu jistrieħu 44-30 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni, punti ta’ Samuels raw lil Depiro jkabbru l-vantaġġ għal 16 -il punt 49-33. Hawn Hibs kellhom mument tajjeb fejn għamlu 4 trippli fosthom tlieta minn Abela u minkejja li Depiro wkoll kellhom żewġ three pointers minn Samuels u Borg, id-distakk bejn iż-żewġ timijiet niżel għal 5 punti 55-50. Fl-aħħar perjodu Depiro reġgħu marru 10 minn fuq 62-52 bi trippla oħra ta’ Agius. Għal darb’oħra, Hibs reġgħu irkupraw bil-punti ta’ Brincat u Agius però Depiro reġgħu sabu t-trippli ta’ Samuels u Agius biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 11 -il punt 73-62. Hibs reġgħu ppruvaw jirkupraw iżda l-ħin kien kontrijhom u Depiro rnexxielhom jikkontrollaw biex ħadu r-rebħa b’distakk finali ta’ 5 punti 77-72.
Hibernians: E. Farrugia, I. Agius 11, S. Brincat 18, J. Abela 14, K. Caruana 6, K. Conti, K. Calleja, J. Gauchi, E. Cassar 11, J. Dabic 12, M. Mendez.
ARMS Depiro: N. Agius 15, J. Xerri 8, J. Mallia, L. Duncan 2, C. Ciantar 5, C. Samuels 35, J. Borg 7, N. Borg 5, L. Camilleri, J. Magri.
Referees: Gianfranco Russo, Bogdan Mrkojevic
//= $special ?>