PROFILI tal-lejla se jkun qed ilaqqana’ ma’ Charles Camenzuli. Fuq Net TV nistgħu ngħidu li huwa wieħed minn ta’ ġewwa, u għalhekk ma tantx ħasibha biex jitkellem magħna fuq bosta temi, fejn qalilna dwar xi intervisti li kellu kemm ma’ Pelé u anki l-esperjenza li kellu ma’ Michael Schumacher.
It-tfulija tiegħu fil-Birgu tibqa; ferm għal qalbu, iżda saqsejnih ukoll fuq il-famuża hardrive. Dan hu aktar illejla fi PROFILI fejn se nsiru naru lil Charles Camenzuli ferm u ferm aħjar.
PROFILI illejla fit-8.30pm bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.

