Sport Sport Ieħor

Blackball: Gary Carr fit-tim nazzjonali wara rebħa kontra Claudio Cassar

B’rebħa ta’ 10-4 fuq l-eks champion tad-dinja Claudio Cassar, Gary Carr irnexxielu jikkwalifika biex jifforma parti mit-tim nazzjonali Malti għan-Nations Cup 2023.

Cassar beda tajjeb u mar 3-0 minn fuq iżda Carr irkupra, biex ġab l-iskor indaqs u saħansitra baqa’jirbaħ frame wara l-ieħor biex spiċċa rebaħ il-konfront 10-4.

Sabiex jintgħażel it-tim nazzjonali Malti, Il-Malta Blackball Federation torganizza erba’ tournaments, Malta tieħu sehem fil-Blackball Nations Cup 2023 fi Brindligton.

It-tim se jkun immexxi mill-kowċ Clevion Micallef u se jkun kompost minn sitt plejers b’Carr ikun l-ewwel wieħed wara r-rebħ ta’ din il-finali.