Lokali

CareMalta tisponsorja workshop dwar l-għarfien fuq Integrated Care

“Meta s-servizzi tal-kura tas-saħħa għall-anzjani u min jaħdem fis-settur jimxu id f’id bil-għan li l-anzjan jew l-anzjana ikunu dejjem fi-ċentru ta’ dak is-servizz offrut allura is-servizz żgur se jkun ta’ kwalità u b’hekk jista’ jkun hemm il-bidla meħtieġa minn żmien għal żmien, kunċett magħruf aħjar bħala Integrated Care”. Spjega dan il-Kap Eżekuttiv ta’ CareMalta Group, James Sciriha, waqt workshop li sar matul ix-xahar ta’ Diċembru organizzat mid-Dipartiment tal-Health Systems Management and Leadership, fi ħdan l-Università ta’ Malta.

Għal dan il-workshop li kien sponsorjat minn CareMalta Group, kien mistieden il-Professur Axel Kaehne mill-iskola medika tal-Università Edge Hill u li jispeċjalizza fir-riċerka għas-servizzi tas-saħħa.

Waqt diskors li għamlet minn naħa tagħha, il-Professur Sandra Buttigieg li tmexxi d-Dipartiment tal-Health Sciences, spjegat kif il-Professur Kaehne ġie mistieden biex imexxi dan il-workshop bħala parti minn study unit tal-kors MSC in Healthcare Systems: Management and Leadership, li hu offrut mill-Fakultà tal-Health Sciences, fl-Università ta’ Malta.

Il-ħsieb wara t-titlu ta’ dan il-workshop kien li jitqajjem aktar interess u għarfien dwar kif wieħed għandu jħares lejn Integrated Care. Minn naħa tiegħu il-Professur Kaehne ħa ħsieb jispjega, lil dawk li attendew, is-soluzzjonijiet u t-teknikalitajiet marbuta ma’ dan il-ħsieb ta’ kif għandha tingħata l-kura lill-anzjani.

“M’għandniex il-ħin kollu tad-dinja f’idejna jew ir-riżorsi kollha, allura irridu naħdmu b’mod aktar għaqli u aktar strateġiku. Irridu nifmhu l-importanza tal-bidla f’dak li nagħmlu u kif nagħmlu l-bidlu filwaqt li lil dawk li naħdmu magħhom nagħmluhom parti mill-bidla biex ma jħossux il-biża’ li ġġib magħha l-bidla”, spjega Prof. Kaehne.

Matul dan il-workshop, Professuri, tobba u esperti oħra fil-qasam tal-kura għall-anzjani, iddiskutew aspetti varji ta’ Integrated Care, b’mod partikolari, is-sigurtà, l-importanza li l-familjari tal-anzjani jkunu parti mill-formula ta’ kif jingħata s-servizz u l-importanza ta’ sistema tal-IT li tkun sigura meta tipprovdi aċċess għall-informazzjoni u l-kunsens.

Fi tmien il-workshop, Noel Borg, is-COO ta’ CareMalta Group ippreżenta riġal lil Prof. Kaehne u lil Prof. Buttigieg b’turija ta’ apprezzament talli għażlu u emmnu f’CareMalta Group biex itella’ dan il- workshop.