Lokali

Għexieren ta’ persuni jikkundannaw lill-media Laburista, li qed tipprova taħbi l-verità dwar il-medicini out-of-stock

“Gidba kbira.”

“Spiżeriji vojta kull fejn tmurr.”

“…għidu li hawn problema u mhux tippruvaw tpingu stampa ta pajjiż perfett.”

Din hija l-kundanna li waslet minn għexieren ta’ persuni li ħarġu jikkundannaw lill-media Laburista, illi qed tipprova taħbi l-verita’ dwar il-mediċini out-of-stock.

Ir-reazzjoni tan-nies għal artiklu li ttella’ fuq il-portal ta’ One News turi l-frustrazzjoni tal-poplu minħabba li diversi mediċi jinsabu out of stock – bil-Gvern jibqà jaħbi din ir-realtà.

Uħud minn dawk li kitbu stqasew ghaliex “tkun f’ pajjiżi oħra u issib mediċini”

“Kollox out of stock!! Tkomplux tigdbu!!!”

“what a shame no vote again”

Fl-istorja tal-media Laburista intqal li “kull spiżerija f’Malta u f’Għawdex għandha mhux biss prodotti għal kull tip ta’ sogħla, imma wkoll għażla ta’ ditti differenti ta’ misturi.”

Iżda n-nies, kienu pronti wieġbu dan ir-rappurtaġġ qarrieq.

Trid toqgħod iddur Malta biex tixtri!”

“Maratona għamilna biex nsibu mistura għal dry cough u kullħadd out of stock !!”

“Vera ċwieċ min jemminkhom.”

“Din gidba.. taf kemm grejt għal misturi tas sola.”

Kienu bosta dawk li kkumentaw ukoll minħabba li l-mediċini li ssoltu jittieħdu għal kundizzjonijiet serji fosthom tal-ADHD u l-fibromyalgia jinsabu out of stock .. bis-sitwazzjoni preżenti qed tagħmilha aktar difficli għan-nies sabiex ikomplu b’ħajjithom u jgħixu r-rutina ta’ kuljum.