Stanley Zammit, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fil-parlament li l-Gvern Laburista qed ikompli jnaqqar mill-fiducja fil-politika
Il-fiduċja ma takwistahiex bid-diskorsi għall-moxt u l-mera … biex nidhru li ahna xi super pożittivi. Il-poplu jistħoqqlu parlamentari li jgħarfu u jifhmu r-realtà u li joħorġu bis-soluzzjonijiet, immedjati u fit-tul.
Li tgħid ir-realtà kif inhi mhiex negattività; ir-realtà hi illi il-Gvern għadu għaddej bl-istess attitudni ta’ ‘jien u ta’ madwari all right, l-oħrajn jaqdfu għal rashom’. Dan qed jintwera fin-nuqqas serju ta’ mediċini, fl-imwiet fit-toroq u fil-ħbieb tal-ħbieb u inkompetenza fit-tmexxija ta’ awtoritajiet, aġenziji u entitajiet oħra.
Il-possitività artificjali tal-Prim Minsitru mhijex is-soluzzjoni ghal dawk l-individwi li ma jistgħux ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja.
Il-gvern hu arroganza maż-żgħir fejn lin-nies ta’ Birżebbuġa, lill-ħaddiema f’Ħal Far u lill-bdiewa tal-inħawi dwar ir-riha insapportabli ta’ ħut qallhom li qed ixommu ħażin. B’tant l-esperti fil-bordijiet u konsulenti jitħallsu ammonti kbar tal-ewros, il-Gvern jippretendi li r-residenti u l-NGOs isibu x’qed jikkawża din ir-riħa flok hu jsib is-soluzzjoni.
Lil min faqa’ s-sistema tad-drenagg f’Birżebbuġa bil-fdalijiet tal-proċess tal-fabbrika qallu li se jnaddaf is-sistema tad-drenaġġ warajh għas-spejjeż tat-taxxi tagħna.
X’qallhom il-Gvern lill-familjari ta’ Jean Paul Sofia u tas-7 persuni l-oħra li tilfu ħajjithom u ta’ oħrajn li weġġgħu f’siti ta’ kostruzzjoni matul is-sena li għaddiet?
X’qed jghamel il-Gvern għal dawk il-persuni u familji imbeżżgħin f’darhom għaliex jew huma ibbulijati minn min qed jizviluppa biswithom u b’riħet il-ħbieb tal-ħbieb u s-sistemi fjakki u konfużi li għandna qiegħed jagħmel li jrid, jew għaliex ix-xoghilijiet li qed isiru biswithom huma ħafna ‘l bogħod minn kif suppost isiru?
Lanqas li seta’ u jista’ jaghmel il-Gvern huwa li juża esperti mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), u kompetenzi f’awtoritajiet oħrajn biex, mingħajr ma jippreġudikaw il-każ partikolari, jidditerminaw b’mod immedjat il-possibilitajiet ta’ riskju li setgħu kienu l-kawża jew b’xi mod ikkontribwixxew għall-incident in kwistjoni. Dan biex ikunu jistgħu jiġu identifikati siti simili li minħabba tnaqqis ta’ rekwiżiti u rapporti mitluba, tqasqis fil-proċessi, taħt xi skuża jew raġuni, prattiċi ta’ kostruzzjoni xħaħ, traskuraġni jew inkompetenza, qiegħedin jew jistgħu ipoġġu hajjet in-nies fl-istess riskju.
Hija responsabilità tal-Gvern li jiġu rreveduti policies u regolamenti li qed iħallu lok għal abbuż u għandu jipprovdi l-għodda moderna neċessarja, inkluż ir-riżorsi umani mħarrġa.
Flok il-Gvern jibqà ċass u flok l-awtoritajiet jibqgħu siekta, dawn għandhom jaraw li jgħattu ir-riżorsi kollha meħtieġa biex jitħaffu l-investigazzjonijiet u toħroġ il-verità biex min hu responsabbli jwieġeb għal għemilu. Il-Gvern ma jistax jibqà jġib il-qliegħ tal-ftit qabel il-kwalità tal-hajja tal-ħafna.
Il-kondoljanzi huma sbieħ, il-possitività hija importanti, imma ir-rejaltà hi li hi u l-Gvern ma ghandux ikompli jaljena lin-nies b’ħafna kliem fieragħ u bżar fl-għajnejn.
L-ewwel pass tal-Gvern għandu jkun li jirrikonoxxi r-realtà. It-tieni pass għadhom ikunu soluzzjoni li jtaffu u janticipaw il-weġgħat tan-nies. Il-poplu Malti u Għawdxi jistħoqqlu aħjar; jistħoqqlu soluzzjonijiet li jtejbulu l-kwalità tal-ħajja.
//= $special ?>