Fl-aħħar ħin ħarġet l-aħbar li l-ktieb ‘Spare’ ta’ Prinċep Harry li beda jinbiegħ uffiċjalment it-Tlieta li għadda kiser rekord ta’ l-aktar ktieb li nbiegħ malajr .. f’temp ta’ 24 siegħa.
Dan għaliex bħalissa qiegħed fil-quċċata tal-klassifika tal-bejgħ fuq il-websajts ta’ Amazon, fosthom tar-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Awstralja, u huwa magħruf li madwar 400,000 kopji inbiegħu fl-aħħar ħin.
Dan il-ktieb ta’ Prinċep Harry huwa disponibbli f’16-il lingwa u anke bħala audio book, diġà ġie leaked b’mod wiesgħa wara li kopji tiegħu kienu ppublikati kmieni bi żball fi Spanja.
Il-ktieb ġibed interess madwar id-dinja għaliex żvela il-ġlidiet personali ta’ Harry u l-akkużi tiegħu dwar membri oħra tal-familja Rjali, inkluż missieru, ir-Re Karlu, kif ukoll Camilla u ħuħ il-kbir, il-Prinċep William.
//= $special ?>