Il-Partit Nazzjonalista huwa favur il-ħajja u se jibqa’ jimbotta l-prinċipju favur il-ħajja kemm fil-Parlament kif ukoll fil-messaġġ politiku tiegħu.
Sostna dan is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino f’intervent li għamel fuq Net FM.
Michael Piccinino qal li l-emenda li qed iressaq il-Gvern Laburista li se twitti t-triq biex jidħol l-abort f’pajjiżna, hija ingann għax Robert Abela qed jgħid li dan mhux abort. Huwa fakkar kif kien hemm bosta akkademiċi, għaqdiet, professjonisti mediċi kif ukoll numru ta’ persuni distinti li oġġezzjonaw din l-emenda li jrid idaħħal il-Gvern ta’ Robert Abela.
Huwa appella biex kull min jemmem fil-prinċipju tal-ħajja, jingħaqad mal-Parit Nazzjonalista nhar il-Ħadd li ġej fl-10am fil-lukanda Excelsior għal-laqgħa pubblika bit-tema ‘Iva, favur il-ħajja’.
Saħaq li l-PN ħass li kellu jagħmel din l-attività politika għax huwa kommess li jkompli jwasal il-messaġġ tegħu li l-Gvern ma jistax jibqa’ għaddej bħal romblu minn fuq kulħadd u jdaħħal l-abort f’pajjiżna mingħajr m’għandu mandat elettorali.
//= $special ?>