Stanley Zammit, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fil-parlament li l-Prim Ministru jrid ibaxxi l-livelli tal-Kummissarju għall-Istandards.
Stanley Zammit qal li kien il-PN li ppropona fl-2013 li jkun hemm Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Hu qal li l-PN jemmen li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards ikun ta’ statura ogħlja u għalhekk ippropona li jkun elett biż-żewġ terzi tal-parlament.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-2019, wara lil-Gvern Laburita għadda l-liġi fl-2017, kienet għaddejja diskussjoni dwar ir-riforma kostituzzjonali li fiha kien hemm proposti kif l-istatura tal-Kummissarju tista’ tkun iktar b’saħħitha billi l-akriga tkun fuq l-istess livell tal-Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Kummissjoni Venezja kienet ikkummentat li l-Prim inistru kellu ħafna poteri fil-passat tant li din issa kienet problema għas-saltna tad-dritt.
Hu sostna li l-PN ppropona emenda biex tinbidel l-istruttura tal-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u biex persuni li kienu jservu fil-parlament jkunu jistgħu jiġu skrutinizzati mill-Kummissarju.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Prim Ministru irid issa jbaxxi l-istandards tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-Prim Ministru jrid li l-għażla ssir skont x’jaqbel lilu u lil ta’ madwaru.
//= $special ?>