Futbol Sport

Investigazzjoni relatata mal-logħba bejn Oxford u Arsenal

L-FA Ingliża qed tinvestiga suspetti ta’ irregolaritajiet f’imħatri marbuta mal-logħba mit-tielet round tal-FA Cup ta’ Arsenal ma’ Oxford United.

L-investigazzjoni tinvolvi plejer ta’ Oxford waqt ir-rebħa ta’ 3-0 ta’ Arsenal nhar it-Tnejn fil-Kassam Stadium.

It-tim tal-League One qal li jinsab konxju minn allegazzjoni speċifika ta’ mħatri irregolari madwar l-imsemmija logħba u qal li l-klabb se jikkopera bi sħiħ fl-investigazzjonijiet.

Il-kumpanija William Hill qalu fi tweet lil klijenti li ma setgħux iħallsu rebħ fuq il-partita peress li hija “taħt investigazzjoni minn korpi sportivi”.