Lokali

‘Iva, favur il-ħajja’ – laqgħa pubblika mill-PN nhar il-Ħadd li ġej

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Partit Nazzjonalista se jorganizza laqgħa pubblika sabiex ikompli juri kemm huwa kommess li jibqa’ jipproteġi l-ħajja.

Din il-laqgħa pubblika, bit-tema “Iva, favur il-ħajja” se ssir fl-10am fil-lukanda Excelsior fil-Floriana.

il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel stedina lil kulħadd biex jattendi għal din il-laqgħa pubblika, li matulha se tkun diskussa l-importanza li l-ħajja tibqa’ tkun protetta mill-konċepiment sal-mewt naturali.

Il-Partit Nazzjonalista jistieden lill-Maltin u l-Għawdxin kollha biex jingħaqdu miegħu u jkunu parti minn dan l-impenn ħalli Robert Abela u l-Gvern tiegħu ma jibqgħux iwebbsu rashom u jdaħħlu l-abort f’pajjiżna kontra r-rieda tal-poplu.