Lokali Parlament

Jeħtieġ modernizzar f’Wied iż-Żurrieq

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-parlament li jeħtieġu azzjonijet immedjati għal proġetti ta’ modernizzar f’Wied iż-Żurrieq.

Fl-Aġġornament tal-parlament Toni Bezzina tkellem dwar Wied iż-Żurrieq u qal li hemm diversi nuqqasijiet li dwarhom qatt ma ttiedet azzjoni fosthom in-nuqqas ta’ parkeġġ; wasal iż-żmien li jinbena parkeġġ aċċessibbli fil-post. Wied iż-Żurrieq għadu bla drenaġġ minkejja r-ristoranti li hemm fiż-żona. Dawn għadhom jinqdew bil-fossa.

Gvern Laburista ma komplix il-proġetti ta’ modernizzar u tibiħ f’din iż-żona, sostna d-deputat Nazzjonalista, li tkellem ukoll dwar Birżebbuġa fejn qal li hemm diversi problemi li qed jolqtu lil dan il-lokal. Hu qal li bħalsisa hemm l-impjant tat-tonn li qed toħloq inkonvinjent lil diversi residenti.

Jeħtieġ li jinstabu s-soluzzjonijiet għal din il-problema tal-irwejjaħ. Id-drenaġġ ma jiflaħx għal dan l-ammont ta’ materjal għax diġà ma jiflaħx għall-popolzjzoni tal-lokal. Jeħtieġ li l-gvern jara flimkien mas-sidien tal-impjent minn ġejja ir-riħa u jsiru l-istudji biex tissolva l-problema tad-drenaġġ.