Lokali

Liġi li tnaqqas id-demokrazija fil-pajjiż

Eve Borg Bonello, PN

Id-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello qalet fil-parlament li l-mod kif il-gvern qed ibiddel il-liġi dwar il-ħatra tal-Kummissjoni għall-Istandards se tnaqqas id-demokrazija fil-pajjiż.

Fil-parlament Eve Borg Bonello qalet li liġijiet bħal dik li qed jagħmel bħalissa l-gvern dwar il-Kummissarju għall-Istandards ma jsirux f’pajjiżi barranin għaliex in-nies iridu li l-poter ikun kontrollat u mrażżan għax kull fejn hemm kontroll hemm abbuż.

Hi sostniet li l-Kummissarju għall-Istandards għandu bżonn il-leġittimità tal-parlament u m’għandux kollu l-fiduċja ta’ naħa waħda biss.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern Laburista qed isir anti-demokratiku u sostniet li l-gvern irid isikket lill-Oppożizzjoni. Hi kmpliet li d-dittaturi jnaqqru d-demokrazija kull fejn m’hemmx il-kunċett ta’ demokrazija sħiħa.

Eve Borg Bonello qalet li l-pajjiż ma tgħallem xejn u sostniet li l-gvern irid jifhem li l-Kummissarju għall-Istandards u tal-parlament kollu u mhux ta’ naħa waħda biss. Hi appellat lill-gvern biex idaħħa dawn il-pożizzjonijiet fil-Kostituzzjoni Maltija biex il-konsensus ikun imfittex bħala standard.

Gvern li jememn fid-demokrazija jsaħħaħ l-istituzzjonijiet iżda l-Prim Ministru jrid ineħħi l-konsenus minn din is-sistema politika.

Il-Gvern qed jigdeb fuq il-parir tal-Kummissjoni Venezja, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li din hi liġi li se tnaqqas id-demokrazija fil-pajjiż.