Futbol Sport

Manchester City eliminati minn Southampton

Fil-kwarti finali tal-EFL Carabao Cup Southampton għelbu lil Man City bl-iskor ta’ 2-0 biex b’hekk għamluha għas-semi finali f’rebħa sorprendenti. Southampton fetħu l-iskor fit-23 minuta meta Lyanco għadda lejn Sekou Mara li b’konklużjoni preċiża xeħet fix-xibka għal 1-0. Huma rdoppjaw ħames minuta wara meta din id-darba kien Moussa Djenepo li ra lill-goalkeeper ta’ Man City barra minn postu u b’konklużjoni mid-distanza qabbeż il-ballun minn fuqu u kkonkluda fix-xibka għal riżultat finali ta’ 2-0.

EFL CUP

Illum: Nott. Forest v Wolves 1-1 (4-3), Southampton v Man City 2-0