Lokali Parlament

Opportunità mitlufa għal Kummissarju tal-Istandards ta’ fiduċja u messaġġ pożittiv fis-soċjetà

Albert Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonaista Albert Buttigieg sostna li l-attaġġjament tal-gvern qed iwassal biex il-pajjiż jitlef opportunità li jkollu Kummissarju tal-Istandards ta’ fiduċja u jibgħat messaġġ pożittiv fis-soċjetà.

Fil-parlament Albert Buttugieg qal li l-poplu qed jitlef il-fiduċja fil-politika u fil-politiċi u sostna li l-apatija qed theżżeż il-fundament tad-demokrazija. Dan wassal biex fl-aħħar elezzjoni madwar 60,000 ma vvutawx. In-nuqqas ta’ fiduċja ġejja wkoll mill-fatt li hawn politiċi li daħlu fil-politika biex jsservew mhux biex iservu.

Hu qal li fosthom il-problemi hemm in-nuqqas ta’ governaza tajba, korruzzjoni, arroganza, rabta bejn politiċi u kriminali. Id-demorkazija titlob li l-Kummissarju għall-Istandards ikun sod biżżejjed biex isaħħaħ il-kontabbiltà neċessarja.

Il-pajjiż għandu urġenza ili jkollu Kummissarju għall-Istandards li jgħolli l-livell; din hi opportunità mitlufa fejn il-Kummissarju issa se jollu biss fiduċja ta’ naħa waħda biss.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-poplu ddejjaq bil-politika ta’ konfrontazzjoni u fakkar kif il-PN ippropona diversi ismijiet ta’ persuni li jistgħu jiksbu l-fiduċja ta’ kulħadd. Il-maġġoranza li kiseb il-gvern telgħet għal rasu, sostna Albert Buttigieg, li akkuża lill-gvern b’arroganza.