Lokali Parlament

Problemi fis-settur tas-saħħa li qed jeffettwaw ħażin lill-pazjenti

Ian Vassallo Hagi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ian Vassallo Hagi qal fil-parlament li diversi problemi fis-settur tas-saħħa qed jeffettwaw ħażin lill-pazjenti.

Ian Vassallo Hagi qal li l-problema tal-mediċini nieqsa qed teffettwa lill-poplu u qal li l-aġġornament tas-sistema tal-mediċini nieqsa kien ilu ma jsir minn Novembru 2022. Hu qal li l-Oppożizzjoni nsistiet ukoll li jitlaqqa’ l-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa propju biex jiddiskuti din il-problema. Jeħtieġ li l-gvern ikun iktar proattiv u flimkien mal-Oppożizzjoni jaħdem biex ma jkunx hemm problemi u jsir formalarju aġġornat.

Dwar iċ-Ċentri tas-Saħħa hu qal li issa, wara tant xhur, beda x-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara. Hemm iffullar kbir fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għaliex il-gvern poġġa lill-pazjenti kollha minn Birkirkara f’dan iċ-Ċentru bla ma għamel l-infrastruttura neċesssarja.

Jeħtieġ li ċ-Ċentri tas-Saħħa jidbew jiftħu 24 siegħa kuljum bit-tobba preżenti f’kull ħin. Hu appella wkoll biex l-infermiera jkollhom l-aqwa kundizzjonijiet biex ma jmorrux jaħdmu barra minn Malta u ma jmorrux f’setturi oħra.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-ambulanzi u qal li fl-Emerġenza ta’ Mater Dei hemm numru ta’ ambulanzi li huma mikrija u fuqhom qed jintefqu ħafna flus. Hu Dei appella lill-gvern biex jippubblika n-nefqa li l-gvern qed jagħmel fuq dawn il-kirjiet.

Hu tkellem dwar il-lista ta’ stennija u qal li hemm problemi kbar ta’ persuni li qed dibattitu minħabba dewmien kbir.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-anzjani u qal li dawn qed ikunu effttwati negattivament meta jkollhom imorru fil-privat minħabba l-listi ta’ stennija. Il-gvern għandu jdaħħal iktar apparat u riżorsi biex ma jkunx hemm dewmien. Jeħtieġ għalhekk investiment qawwi fir-riżori umani. Hu qal li hemm nuqqas ta’ uniformaijiet għal dawn il-professjonisti, li issa ilhom snin jiffaċċjaw diffikultajiet.