Raġel armat b’sikkina attakka sitt persuni qrib l-istazzjon tal-ferrovija Gare du Nord f’Pariġi, fejn wieħed mill-persuni ġarrab ġrieħi serji.
L-attakk seħħ għall-ħabta tas-6.40am ħin lokali, fejn ftit tal-ħin wara l-Pulizija sparaw diversi drabi fuq l-aggressur. Huwa kellu jittieħed fi sptar fil-viċin hekk kif jinsab f’qagħda kritika.
S’issa għadu mhux magħruf x’kienet ir-raġuni ta’ dan l-attakk.
//= $special ?>