Fil-Parlament Ewropew, il-grupp tas-soċjalisti – li tieghu huwa parti l-Partit Laburista Malti – għadu qed jipprova jsib tarf tat-theżżiża li ħa fl-aħħar ġimgħat wara l-arrest tal-Viċi President Soċjalista Eva Kaili u l-investigazzjoni fuq numru ta’ MEPs fi ħdanu.
L-Erbgha, il-grupp tas-soċjalisti fil-Parlament Ewropew iltaqa biex jidentifika l-persuna li se jkun qed jinnomina biex tieħu l-post vakat minn Eva Kaili li għadha arrestata f’ħabs fi Brussell.
L-MEP soċjalista Kaili tneħħiet minn viċi President wara li ġiet arrestata ix-xahar li għadda mill-Pulizija Belġjana bħala parti minn investigazzjoni wiesgħa. Hi ġiet akkużata b’parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, ħasil ta’ flus u korruzzjoni b’konnessjoni mal-Qatar.
Net News għamel kuntatt mal-President tal-grupp tas-soċjalisti Iratxe Garcia Perez u ma Marc Angel, l-MEP li ġie innominat mill-grupp tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew biex jieħu post Kaili.
Staqsejna x’regoli ġodda se jkunu qed jiġu infurzati biex jipprevjenu milli MEPs li nstabu ħatja ta’ reati kriminali jiġu inkarigati biex jinnegozzjaw liġijiet Ewropew u fuq kollox ikunu membri tal-grupp tas-soċjalisti.
Madanakollu, l-MEPs ikkuntatjati naqsu milli jikkumentaw dwar dan. U spikka biss skiet assolut mis-Socjalisti.
Fl-aħħar ġimgħat tqajmu dubji dwar il-proċeduri etiċi li jitħaddnu fil-grupp tas-soċjalisti wara l-każ relatat mal-allegat tixħim ta’ MEPs mill-Gvern tal-Qatar.
F’każ li s-soċjalisti idaħħlu regoli li jipprevjenu MEPs li jkunu nstabu ħatja ta’ atti kriminali, dan jista’ jwassal biex l-MEP Laburista Malti Cyrus Engerer, ma jkunx jista jibqa membru ta’ dan il-grupp.
Cyrus Engerer kien instab ħati fl-2014, illi xerred materjal pornografiku.
//= $special ?>