Mark Williams se jkun l-avversarju ta’ Ronnie O’ Sullivan fil-kwarti tal-finali tal-Masters wara rebħa komda ta’ 6-2 fuq David Gilbert.
Id-darbtejn champion, Williams kellu bidu mill-aqwa, u rnexxielu jġib breaks ta’ 126, 127 u 95 biex fetaħ vantaġġ ta’ 4-0.
Gilbert rebaħ il-frames ta’ wara bi breaks ta’ 59 u 80 iżda ra lil Williams jikkapitalizza fuq żbalji hekk kif ġie minn wara fiż-żewġ frames ta’ wara biex issiġilla r-rebħa tiegħu.
Aktar kmieni nhar it-Tlieta Barry Hawkins għamel whitewash ta’ 6-0 kontra ċ-champion tar-Renju Unit Mark Allen.
Williams jiltaqa’ man-numru wieħed tad-dinja O’Sullivan fl-aħħar tmienja f’Alexandra Palace nhar il-Ħamis.
Il-logħob tal-Kwarti tal-Finali huma dawn:
Il-Ħamis 12 ta’ Jannar:
Mark Williams vs Ronnie O’ Sulivan
Hossein Vafaei vs Jack Lisowski
Il-Ġimgħa 13 ta’ Jannar:
Barry Hawkins vs Judd Trump / Ryan Day
Shaun Murphy vs Kyren Wilson / Stuart Bingham
Is-Semi Finali se jkunu qed jintlagħabu nhar is-Sibt 14 ta’ Jannar filwaqt li l-finali tintlagħab il-Ħadd 15 ta’ Jannar.
//= $special ?>