Futbol Sport

Atletico Madrid viċin l-akkwist ta’ Memphis Depay

(Ritratt: EPA)

Fi Spanja, fl-aħħar sigħat kompliet tikber il-possibiltá li jseħħ it-trasferiment ta’ attakkant ieħor Olandiż, Memphis Depay. Il-plejer ta’ 28 sena jidher li m’huwiex parti mill-ħsibijiet tal-kowċ ta’ Barcelona, Xavi u skont diversi rapport il-klabb rival ta’ Barca f’La Liga, Atletico Madrid jinsabu interessati u viċin sabiex jakkwistawħ.

Kemm il-darba dan it-trasferiment iseħħ, allura Atletico Madrid fi ftit jiem ikunu sabgħu sostitut denju għaż-żagħżugħ attakkant Portugiz, Joao Felix li din il-ġimgħa kien trasferit b’self sal-aħħar tal-istaġun mal-klabb tal-Premier League Ingliż, Chelsea.