L-eks difensur ċentrali ta’ Charlton Athletic fil-Premier League, Richard Rufus intbagħat il-ħabs wara li nstab ħati għal frodi ta’ 15-il miljun lira sterlina għad-dannu ta’ familjari, ħbieb u persuni oħra. Rufus, li llum għandu 47 sena, instab ħati ukoll ta’ ħasil ta’ flus u li wettaq attività regolata mingħajr awtorizzazzjoni.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni saħqet li l-eks plejer internazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena, kien jagħmilha ta’ kummerċjant tal-kambju, u kkonvinċa lill-vittmi biex jinvestu fi skema b’riskju baxx.
Rufus, li llum għandu 47 sena, ingħata sentenza ta’ seba’ snin u nofs ħabs.
